Il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta ħabbret li se tibda ttir lejn erba’ destinazzjonijiet oħra. Fl-aħħar tax-xahar se tibda ttir lejn it-Tuneżija, filwaqt li t-titjiriet lejn Kiev, Moska u Tel Aviv huma skedati li jerġgħu jibdew mill-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru.
Din l-aħbar ħarġet, wara li matul il-ġimgħa li għaddiet, l-Air Malta reġgħet bdiet ittir lejn disa’ destinazzjonijiet.
Il-Linja tal-Ajru żiedet ukoll il-frekwenzi għal Londra u Katanja u minn Awwissu se tkun qed topera għaxar darbiet fil-ġimgħa għal Heathrow u disa’ titjiriet fil-ġimgħa lejn Katanja.
Fi stqarrija l-Air Malta qalet ukoll li l-linja tal-ajru Maltija qed tara żieda gradwali fil-bookings.