Mill-25 ta’ Marzu tal-2018, l-Air Malta se tibda ttir lejn Lisbona – il-belt kapitali kostali tal-Portugall.
Il-linja tal-ajru se tibda ttir lejn l-ajruport Porteli ta’ Lisbona darbtejn fil-ġimgħa b’titjiriet li joperaw kull nhar ta’ Ħamis u nhar ta’ Ħadd.
Ir-ritorn tal-Air Malta lejn Lisbona se jsir wara assenza ta’ aktar minn għaxar snin, u l-linja nazzjonali tal-ajru qed tippjana li ġġorr mal-10,000 passiġġier fl-ewwel sena tal-operat.
Lisbona hija l-akbar belt fil-Portugall u hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa bliet madwar id-dinja. Dan primarjament minħabba l-monumenti spettakolari u l-klima moderata tagħha. Affarijiet li jagħmluha s-7 belt bl-akbar numru ta’ żjarat fin-Nofsinhar tal-Ewropa.
Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit tal-Air Malta www.airmalta.com, jew iċemplu liċ-Ċentru tal-Assistenza tal-Air Malta fuq 21662211.