L-Air Malta ħabbret l-espansjoni tal-operat tagħha f’Milan, b’żieda ta’ tliet titjiriet oħra fil-ġimgħa minn u lejn Ajruport ta’ Malpensa.
Fil-fatt mid-29 ta’ Ottubru li ġej, il-linja nazzjonali tal-ajru se tkun qed topera b’kollox għaxar titjiriet fil-ġimgħa minn u lejn Milan għal matul l-istaġun tax-xitwa. Waqt li t-titjiriet lejn l-Ajruport ta’ Linate se jkomplu joperaw ta’ kuljum, l-Air Malta se topera lejn Malpensa b’titjiriet nhar ta’ Ġimgħa, il-Ħadd u t-Tnejn.
Dawn tal-aħħar se jibdew jitilqu fil-11:30 a.m. u jaslu fid-destinazzjoni fis-1:30 p.m. It-titjira tar-ritorn titlaq minn Milan Malpensa fis-2:20 p.m. u tasal f’Malta fl-4:20 p.m.
B’din iż-żieda ta’ tliet titjiriet lejn Malpensa, l-Air Malta qed tagħmilha aktar faċli għall-passiġġieri biex jivvjaġġaw minn u lejn Milan, waħda mill-aktar destinazzjonijiet popolari fl-Ewropa.