Il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta kisbet rati għoljin relatati mal-istandards tas-sigurtà u l-protezzjoni kontra l-Covid-19 mis-sit Airline Rating. Dan hu l-aħjar sit fid-dinja fil-klassifika ta’ servizz u sigurtà.
Is-sit ta ħarsa lejn informazzjoni u struzzjonijiet fuq is-sit tal-Air Malta, kif ukoll ma’ informazzjoni oħra dwar id-distanza soċjali, tagħmir ta’ protezzjoni għall-membri tal-ekwipaġġ u l-ħasil komprensiv tal-ajruplan fost oħrajn.
Iċ-Chairman tal-Air Malta Charles Mangion stqarr li l-kumpanija minn dejjem kienet fuq quddiem biex timplimenta miżuri li jiżguraw il-protezzjoni tal-klijent tul dan iż-żmien ta’ sfida.
Fakkar li l-linja tal-ajru implimentat miżuri li jindirizzaw il-vjaġġ kollu mill-perspettiva tal-passiġġier mit-tluq fl-ajruport sal-wasla tiegħu biex jiżguraw li kemm il-klijent kif ukoll l-ekwipaġġ ikun protett mit-tixrid.