Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru qed tiċħad artiklu li deher fil-faċċata tat-Times of Malta tal-lum li qed takkumula miljuni ta’ ewro fuq fuel u mhux qed tgħaddi ħlasijiet lill-kumpanija Enemed. L-AirMalta ċċarat li qed tonora kull ftehim kummerċjali ma’ din il-kumpanija u msieħba oħra.
Il-ftehim kummerċjali fuq il-provvista tal-fuel bejn l-Air Malta u l-Enemed qed ikun onorat miż-żewġ naħat. L-Air Malta tikkonferma wkoll li qed tonora kull impenn kummerċjali mal-imsieħba tagħha.
Fi tweet, il-Ministru Konrad Mizzi qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu ppubblikati dettalji finanzjarji tal-Air Malta li se jkomplu jgiddbu l-fabbrikazzjoni ta’ dalgħodu mill-ġurnal.
Today’s @TheTimesofMalta front page article is another fabrication. We look forward to publish Air Malta’s financial statements in the coming weeks which will surely surprise the journalist.
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) August 23, 2018