“Fejn tidħol il-konnettività ninnutaw b’mod sodisfaċenti l-Air Malta qed tilħaq l-għanijiet tagħha fejn tidħol ir-ristrutturar billi anke qed jaraw tkabbir fir-rotot u fil-flotta.” Qal dan il-Kap Eżekuttiv tal-MHRA, Andrew Agius Muscat fejn spjega kif l-MHRA dejjem sostniet dwar l-importanza tal-prodott tal-konnettività biex ikollna settur turistiku ta’ suċċess.
Spjega kif fejn jidħol il-prodott, rajna wkoll fil-Budget li hemm numru ta’ inizjattivi – fost oħrajn it-titjib fit-trasport pubbliku, l-ambjent is-sigurtà u kif ukoll fejn tidħol is-sostennibilità.