L-Air Malta ntgħażlet bħala l-linja tal-ajru uffiċjali tat-tieni edizzjoni ta’ Unite with Tomorrowland Malta 2018.
Fit-28 ta’ Lulju, the People of Tomorrow minn Abu Dhabi, l-Italja, ilLibanu, Malta, il-Messiku, Spanja u t-Tajwan se jaraw ċelebrazzjoni maġika b’firxa massiva u link bis-satellita minn Tomorrowland fil-Belġju.Taħt il-bnadar ikkuluriti ta’ UNITE With Tomorrowland, Malta se tkun parti minn avveniment globali memorabbli li ntlaqat b’dik ‘il-vibe indescrivibbli ta’ Tomorrowland’. Steve Aoki, NERVO u Vinai ġejjin Malta biex jgħatu l-performance tagħhom live fuq l-stage maġiku mfassal minn Tomorrowland. Link maġiku se jgħaqqad ukoll lill-Tomorrowland fil-Belġju u l-mistednin f’UNITE with Tomorrowland se jesperjenzaw tlett DJ sets ta’ headliners ta’ Tomorrowland millmainstage leġġendarju Belġjan u magħquda ma’ mijiet ta’ eluf ta’ nies madwar id-dinja kollha sinkronizzati simultanjament.
Eluf ta’ persuni minn aktar minn 50 pajjiż attendew l-avveniment tassena l-oħra f’Malta. Il-festival, li ntlaqa’ tajjeb ħafna minn dawk li attendew, kien deskritt bħala suċċess kbir.
Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, l-Air Malta u l-Unite With Tomorrowland Malta qed joffru pakketti tal-ivvjaġġar li jinkludu l-biljett tal-avveniment u prezzijiet tat-titjira speċjali fuq rotot magħżula. Kemm l-Air Malta kif ukoll Malta se jibbenefikaw min coverage internazzjonali tal-midja li dan l-avveniment jiġġenera.
F’kumment dwar dan l-avveniment, Paul Sies, l-Kap Kummerċjali talAir Malta, qal, “Entużjasti ħafna li se nkunu assoċjati ma’ dan lavveniment prestiġġjuż. Malta hija tassew pajjiż eċċezzjonali għallorganizzazzjoni ta’ avvenimenti bħal dan, speċjalment fl-eqqel tas-sajf. Minbarra li jgawdu mix-xena tad-divertiment, it-turisti jistgħu jgawdu wkoll btala sabiħa f’Malta bil-bajjiet fantastiċi, l-isports eċċitanti talbaħar, fosthom l-għadis, ikel ġenwin, u l-wirt storiku u kulturali enormi li għandhom x’joffru l-Gżejjer.”
L-Air Malta minn dejjem kienet fuq quddiem nett bħala l-linja tal-ajru nazzjonali biex tassisti fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet bħala dawn li jsiru fil-Gżejjer Maltin. Permezz tal-parteċipazzjoni tagħha tkompli turi limpenn tagħha li tappoġġja avvenimenti nazzjonali li minnhom tgawdi lkomunità Maltija.