Għall-ewwel darba minn dan is-sajf l-Air Malta ser tibda topera titjira diretta lejn il-kapitali tal-Ġorġja, Tbilisi. It-titjira ser tkun qed topera darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Ħamis.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Air Malta, il-Kaptan Clifford Chetcuti spjega kif il-linja tal-Ajru Nazzjonali għarfet l-importanza ta’ din id-destinazzjoni matul is-sena li għaddiet meta kienet qed tara li tkabbar l-operat tagħha.
Filfatt tenna kif b’din it-titjira huwa mistenni li jersqu madwar tliet t’elef u tlett mitt persuna lejn Malta u lejn il-Ġorġja.
Intant tħabbar ukoll kif l-Air Malta fformulat pjan flimkien mal-InterCo Travel Group bil-għan li jiffaċilità l-ivvjaġġar għal persuni mill-Ġorġja li jkunu ser isiefru lejn pajjiżna jew lejn pajjiżi Ewropej oħra permezz tal-operat tal-Air Malta.
Dan hekk kif riżultat tal-konnettività li qed toffri l-Airmalta, nies mill-Ġorġja għandhom aċċess għal iktar minn erbgħin destinazzjoni Ewropea.