Il-Gvern għamel referenza għal diversi rapporti li qalu li waqfu t-taħdidiet bejn l-Air Malta u sieħeb strateġiku possibbli. Fost oħrajn ssemmew l-Alitalia u l-Etihad bħala l-imsieħba possibbli li magħhom intemmew id-diskussjonijiet.
Fi stqarrija ntqal li “l-gvern jieħu nota ta’ dawn ir-rapporti u l-fatt li l-ebda wieħed ma jikkwota sorsi uffiċjali. Għal kuntrarju huwa kkonfermat li t-taħdidiet jinsabu għaddejin.”
Il-Gvern temm jgħid li kontra dak li ġara fl-imgħoddi dan il-gvern se jindirizza l-isfidi tal-Air Malta.