Nhar is-Sibt il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta se tkun qed tagħmel vjaġġi minn Pariġi, Zurich u Frankfurt sabiex iġib lura lil dawk il-Maltin li qegħdin maqbudin f’dawn il-pajjiżi.
Dawn it-titjiriet qed isiru wara li l-Gvern Malti ħabbar li mhux se jsiru aktar titjiriet lejn l-Italja, l-Iżviżżera, Franza u Spanja.
It-titjiriet tas-Sibt huma dawn:
Pariġi (Charles De Gaulle)
- KM7478 se titlaq minn Malta fis-6:15 ta’ filgħodu u tasal Pariġi fid-9:10 ta’ filgħodu
- KM7479 se titlaq minn Pariġi fl-10:20 ta’ filgħodu u tasal Malta fis-1:05 ta’ wara nofsinhar
Zurich
- KM7490 se titlaq minn Malta fis-2:25 ta’ wara nofsinhar u tasal Zurich fil-4:50 ta’ wara nofsinhar
- KM7491 se titlaq minn Zurich fis-5:40 ta’ wara nofsinhar u tasal Malta fit-8 ta’ filgħaxija
Frankfurt
- KM7328 se titlaq minn Malta fl-4:25 ta’ wara nofsinhar u tasal Frankfurt fis-7:10 ta’ filgħaxija
- KM7329 se titlaq minn Frankfurt fit-8:10 ta’ filgħaxija u tasal Malta fil-10:40 ta’ filgħaxija
Fl-istqarrija l-linja tal-ajru nazzjonali qalet li kull Malti affettwat minn dan, għandu jċempel fuq +35622042200 jew b’email sitcen.mfea@gov.mt.