Wara nuqqas t’għaxar snin, l-Air Malta se terġa’ tibda ttir lejn Spanja; b’żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn Malaga mis-sajf li ġej.
Din l-aħbar tajba ġiet wara li fl-aħħar jiem, il-linja nazzjonali tal-ajru kkonfermat ir-ritorn lejn Frankfurt fil-Ġermanja u Manchester fl-Ingilterra.
Iċ-Chief Commercial Officer tal-Air Malta qal ma’ ONE News li Malaga hija biss waħda minn sensiela ta’ destinazzjonijiet ġodda għal-linja nazzjonali tal-ajru.
Dan kollu qed isir għaliex l-Air Malta qed tisfrutta l-opportunitajiet li qed jinħolqu miż-żieda t’ajruplan mal-flotta mis-Sajf tas-sena d-dieħla.
Lil’hinn mid-destinazzjonijiet ġodda, passiġġier li jsiefer mal-Air Malta, issa għandu l-għażla li jixtri biljett irħas u jsiefer b’hand luggage biss.
Għażla ideali għal min ikun se jsiefer għal perjodu qasir, jew fuq xogħol.
“What we did is we did a soft launch towards our staff, so our staff has been completely briefed. We had to open the system to test it and to our big surprise we have in the meantime got an accumulation of about 25,000 extra bookings which were totally not expected so it’s very clear that the Go Light product is really positive.”
“GoLight” se titnieda uffiċjalment it-Tlieta, għalkemm fl-aħħar jiem l-għażla diġà kienet disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Air Malta, sabiex isir l-ittestjar meħtieġ.
Biex fl-aħħar jiem, saru aktar minn ħamsa u għoxrin elf booking – b’medja ta’ ħamest’elef kuljum.
L-aktar destinazzjonijiet popolari kienu Londra, Ruma u Munich.
Biex b’GoLight għadha fl-ewwel jiem tagħha, il-bookings fuq is-sit elettroniku tal-Air Malta żdiedu b’madwar ħamsa u tletin fil-mija, u meta mqabbel ma’ Settembru li għadda,meta għadna biss f’nofs ix-xahar, diġà nbigħu aktar minn sitt’elef biljett iżjed.