F’mumenti bħal dawn toħroġ l-importanza tal-linja nazzjonali ta’ pajjiżna fejn rajna kif minkejja l-isfidi kbar ħdimna biex nġibu lil ħutna Maltin lura darhom.
L-Air Malta se tkun qed topera titjiriet lejn Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Iżvizzera sabiex iġġib lura dawk il-Maltin li huma maqbuda f’dawn il-pajjiżi.
Ħabbar dan il-Ministru Silvio Schembri fuq il-midja soċjali.
Il-Ministru assigura li dawk kollha li talbu l-assistenza se jinġiebu lura lejn pajjiżna.
Għal iktar għajnuna wieħed jista’ jċempel fuq 22042200 jew jibgħat email fuq sitcen.mfea@gov.mt.