L-Air Malta inawgurat is-servizz skedat il-ġdid tagħha ta’ darbtejn fil-ġimgħa bejn Malta u Lourdes. It-titjiriet lejn il-belt Franċiża organizzati f’kollaborazzjoni ma’ Britannia Tours, se jkunu qegħdin isiru għall-perjodu tas-sajf kull nhar ta’ Tnejn u Ġimgħa
It-titjira inawgurali tal-Air Malta, li saret il-ġimgħa li għaddiet immarkat il-bidu ta’ vjaġġ importanti u sinifikanti ħafna għall-Komunità Kristjana Maltija. Abbord din it-titjira ttellgħet il-pittura ta’ San Ġorġ Preca magħmula mill-pittur Għawdxi Manuel Farrugia li tħalliet għall-wiri filkappella tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Lourdes.
Din l-inizjattiva kienet parti minn tour organizzat minn Britannia Services li kien jinkludi purċissjoni s-Sibt immexxija mill-Isqof Awżiljarju ta’ Malta, il-Mons. Dr Joe Galea Curmi u membri tas-soċjetà tal-MUSEUM ta’ Malta fejn ġarrew pittura u relikwa ta’ San Ġorg Preca li wara tqiegħdu ġewwa s-Santwarju.
Is-Sur Noel Farrugia minn Brittannia Services qal: “Lourdes huwa post sinonimu mal-pellegrinaġġi u mat-turiżmu reliġjuż. L-inħawi sbieħ talPirenej, reġjun magħruf għall-wirt naturali l-ġmiel tiegħu joffri lillvjaġġaturi l-possibbiltà li jżuru u jiskopru postijiet ġodda. Bħala aġenzija Britannia Services issa qed toffri wkoll pakketti ta’ vjaġġar kemm għal Lourdes kif ukoll għall-Pirenej. Flimkien mal-Air Malta investejna ħafna f’din ir-rotta partikolari u se nibqgħu impenjati li mhux biss niżviluppaw din ir-rotta f’destinazzjoni popolari oħra għas-suq Malti iżda wkoll li niġbdu traffiku ġdid lejn Malta b’mod partikolari mir-reġjun Bask.”
Is-Sur Paul Sies, l-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta qal, “Qegħdin nippjanaw li nġorru 6,300 passiġġier fuq din ir-rotta fuq il-21 titjira ta’ ritorn li skedajna għal dan l-istaġun. Il-bidla għal servizz skedat hija intenzjonata sabiex iżżid it-traffiku fuq din ir-rotta. Tarbes Lourdes huwa post imfittex ħafna u destinazzjoni magħrufa għall-Maltin fis-sajf u huwa meqjus bħala post ta’ qima u pellegrinaġġ. Madankollu r-regjun talPirenej għandu ħafna x’joffri, mhuwiex il-bogħod minn Toulouse u possibbilment saħansitra iktar interessati huwa l-fatt li huwa l-bieb għat-Tramuntana ta’ Spanja.”
Din is-sena l-Air Malta qiegħda tiċċelebra 30 sena ta’ servizz lejn Lourdes, wara li operat l-ewwel titjira tagħha f’Marzu tal-1988. Matul dawn is-snin baqgħet topera din ir-rotta bla waqfien bħala servizz charter u ġarret madwar 180,000 passiġġier fuq din ir-rotta.
L-iskeda tat-titjiriet qed taħdem kif ġej:
Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw it-titjiriet minn fuq www.airmalta.com, billi jċemplu lill-Call Centre tal-Air Malta fuq +356 21662211 minn Malta jew 0826 102223 minn Franza, mill-uffiċċji tal-bejgħ tal-Air Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jew mingħand l-Aġenti tal-Ivvjaġġar f’Malta u fi Franza. Jistgħu japplikaw ħlasijiet għat-telefonati.