Fid-dawl tal-kriżi li nħakmet fl-ajruport ta’ Gatwick, il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ħarġet minn triqitha fejn it-titjiriet skedati għall-imsemmi mitjar dan niżlu f’Heathrow.
Apparti minn hekk, l-Air Malta operat żewġ titjiriet lejn l-ajruport ta’ Londra Southend.
Dan sar sabiex b’hekk il-passiġġieri jevitaw ir-riskju li jkollhom it-titjira tagħhom ikkanċellata.