Bdot tal-linja tal-ajru nazzjonali, l-Air Malta, ma ħasibiex darbtejn biex jagħmel dak kollu possibbli bil-għan li tarbija li kellha bżonn kura mmedjata fir-Renju Unit tasal kemm jista’ jkun malajr.
![](http://www.one.com.mt/wp-content/uploads/2017/03/Screen-Shot-2017-03-13-at-12.22.52-275x300.png)
L-Air Malta kienet qed topera titjira kummerċjali, iżda l-linja nazzjonali tal-ajru Maltija hija waħda mill-ftit li tneħħi tliet ringili ta’ siġġijiet biex tpoġġi inkubatur.
B’hekk isservi wkoll ta’ ambulanza tal-ajru. Iż-żewġ deċiżjonijiet kruċjali biex l-ajruplan telaq qabel kienu li l-bdot irranġa biex jitlaq mir-‘runway’ li s-soltu jinżlu l-ajruplani fuqha.
Din kienet xi ħaġa li ffrankat għoxrin minuta. F’Heathrow l-ajruplan niżel f’erba’ minuti minflok kwarta. Hawn ukoll grazzi għall-koordinazzjoni mal-ajruport, iżda fuq kollox ir-rieda tan-nies tal-Air Malta li jsalvaw ħajjet it-tarbija. “Kull minuta kienet tgħodd u kulħadd agħmel biċċa xogħol tajba,” qal il-bdot Zammit.