L-Air Malta se tkun qed topera titjira diretta għal 168 partitarju tal-futbol biex jattendu għall-finali tal-UEFA Champions League wara li partitarju rnexxielu jorganizza dan kollu u jbigħ il-biljetti tal-ajruplan fi ftit jiem.
Is-Sibt li ġej se tkun qed tittella’ l-finali bejn ir-Real Madrid u l-Liverpool, żewġ timijiet tal-futbol maħbubin ferm mal-Maltin.
Kiev hi waħda mid-destinazzjonijiet ġodda tas-sajf tal-Air Malta b’rotot matul il-ġimgħa li se jkunu qed jibdew fis-19 ta’ Ġunju.