Fl-isforz kontinwu tagħha biex ittejjeb l-esperjenza tal-klijenti, l-Air Malta mexxiet l-operat tagħha għas-Sala tat-Tluq Numru 1 tal-Ajruport Orly ta’ Pariġi. Is-Sala se toffri lill-passiġġieri tal-Air Malta atmosfera aħjar u aktar kumditajiet, inklużi diversi ħwienet u ristoranti. Barra minn hekk, il-klijenti tal-klassi tal-Business u dawk kollha li għandhom idDiamond Card tal-Air Malta se jkollhom aċċess ukoll għas-sala talVIPs, jiġifieri l-‘Premium Traveller Lounge’
It-tibdil tas-sala se jagħti lill-passiġġieri tal-Air Malta wkoll il-faċilità li jużaw il-pont biex jirkbu jew jinżlu mill-ajruplan. Il-linja tal-ajru għamlet ħilitha biex tkun tista’ toffri din il-faċilità lill-passiġġieri tagħha peress li din tiżgura aktar konvenzjenza u kumdità. Il-faċilitajiet il-ġodda huma mistennija li jissodisfaw l-istandards tas-servizz tal-Air Malta, filwaqt li jiżguraw vjaġġ eċċezzjonali għall-klijenti tal-linja tal-ajru.
Waqt li kien qed jikkummenta dwar dan it-titjib, il-Kap talOperazzjonijiet, Silvio Falzon, qal, “L-Air Malta għandha l-impenn li toffri kwalità u kumdità lill-klijenti tagħha waqt il-vjaġġ tagħhom. Isservizzi tagħha f’diversi ajruporti qegħdin jitjiebu kontinwament u qegħdin jiġu awditjati minn żmien għal żmien, sabiex niżguraw li jkunu qegħdin jinżammu l-standards ogħlja tagħna.”