L-Air Malta qed toffri soluzzjoni għall-passiġġieri li spiċċaw l-art wara li fl-aħħar jiem, il-linja tal-ajru Ċiprijotta Cobalt Air iddikjarat lilha nnifisha falluta u ħassret it-titjiriet tagħha kollha.
Fejn possibbli, u skont id-disponibilità fuq it-titjiriet, il-linja tal-ajru Maltija qed tbigħ il-biljetti fuq ir-rotot ta’ Zurich, Londra, Pariġi, Dusseldorf, Moska u Tel Aviv bir-rata ta’ €50.
Din it-tariffa ridotta ġiet introdotta wara li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċiprijotta talbet lil-linji tal-ajru li jiffurmaw parti mill-IATA biex joffru soluzzjonijiet għall-passiġġieri li baqgħu l-art fl-Ewropa, fir-Russja, u fil-Lvant Nofsani.
Dan il-prezz huwa disponibbli mil-lum sal-aħħar ta’ Novembru.