L-Air Malta ħabbret rotta ġdida għal din is-sena – minn u lejn Liżbona – li se tibda topera mis-26 ta’ Ġunju li ġej. Liżbona se ssir il-ħames destinazzjoni ġdida fl-espansjoni tar-rotot għas-sajf tal-2023, minbarra Napli, Nizza, Palermo, u Tel Aviv.
B’effett mis-26 ta’ Ġunju, ir-rotta ta’ Lisbona se topera b’titjiriet darbtejn fil-ġimgħa – it-Tnejn u Ħamis – sas-26 ta’ Ottubru.
Dan it-tkabbir fl-operazzjonijiet skedati għas-sajf se jara lill-Air Malta tgħaqqad tlieta u għoxrin belt kbira madwar l-Ewropa, ir-Renju Unit, u l-Lvant Nofsani ma’ Malta.