L-Air Malta ikkonfermat li permezz tal-pjan ġdid għall-flotta tagħha, iffrankat €8.2 miljun fl-2016.
Il-kumpanija tal-ajru ċaħdet bl-aktar mod qawwi u kategoriku rapport li deher illum fuq it-Times of Malta, u sostniet li huwa rapportaġġ mimli inkorrettezzi u informazzjoni żbaljata, bl-intenzjoni li jagġmel ħsara lir-reputazzjoni tal-linja tal-ajru.
L-artiklu kitbu Ivan Camilleri.
L-Air Malta ċaħdet li għamlet dak li jissejjaħ wet leasing – ċioe l-kiri ta’ ajruplan bil-ħaddiema u l-manutenzjoni b’kollox – għal erbatax-il darba fil-perjodu tal-Milied. Spjegat li t-Times qed tuża statistika ta’ sena sħiħa għal skop ta’ sensazzjonaliżmu, meta fil-verità, il-linja tal-ajru ħadet passi biex tiffranka l-miljuni u tonora l-kelma tagħha li ma tinterrompix titjiriet.