L-Air Malta se tkun qed topera tliet rotot ġodda. Dawn se jkunu titjiriet lejn Casablanca, St Petersburg u Venezja.
Tħabbar dan b’mod uffiċjali fejn intqal kif dawn ir-rotot minn u lejn Malta se jkunu qed joperaw kif ġej.
Ir-rotta ta’ Casablanca se tkun qed topera darbtejn fil-ġimgħa, ir-rotta ta’ St Petersburg se tkun qed topera darbtejn fil-ġimgħa matul il-lejl, u r-rotta ta’ Venezja se tkun qed topera darbtejn fil-ġimgħa matul ix-xhur kwieti, u tliet darbiet matul ix-xhur bieżla.
Minn Casablanca se jkunu qed isiru titjiriet lejn Tel-Aviv u Katanja fejn permezz ta’ dan se jkunu qed jinfetħu swieq ġodda minn Tel-Aviv lejn Casablanca, minn Katanja lejn Casablanca u minn Malta lejn Casablanca.