L-Air Malta ħabbret skont promozzjonali għal perjodu limitat fuq it-titjiriet kollha, li jibda minn Euro 35 għal direzzjoni waħda, inklużi t-taxxi u t-tariffi. 20 destinazzjoni qegħdin jiġu skontati għall-ivvjaġġar bejn is-7 ta’ Novembru 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017.
L-iskont ser jibqa’ miftuħ għal 96 siegħa biss u beda mill-illum, sat-Tnejn, 7 ta’ Novembru fil- 11:59am. Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-websajt tal-linja tal-ajru www.airmalta.com, mill-call centre fuq +356 21662211 u mill-uffiċċju tal-bejgħ tal-linja tal-ajru li jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-promozzjoni tal-linja tal-ajru hija disponibbli għal titjiriet lejn/minn Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Londra (Heathrow u Gatwick), Lyon, Manchester, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi, Praga, Ruma, Palermo, Vjenna u Zurich.