Il-ġimgħa d-dieħla mistennija li tidħol fis-seħħ l-iskeda tas-Sajf tal-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta. Din l-iskeda mistennija li tnedi 15-il rotta ġdida kif ukoll ser tfisser żieda fil-frekwenza tat-titjiriet lejn diversi destinazzjonijiet – liema frekwenzi mistennija li jilħqu mal-4,000 tul dan l-istaġun tant impenjattiv għall-industrija turistika.
L-Air Malta għadha kemm bdiet topera t-titjira lejn Lisbona – liema bidu wassal għal domanda mill-aqwa mill-pubbliku dan hekk kif l-ewwel titjira laħqet id-domanda ta’ aktar minn 80%.
F’April kif ukoll f’Ġunju illi ġej, l-Air Malta ser iżżid żewġ ajruplani A320 ġodda fil-flotta tagħha.
Dawn l-ajruplani ġodda ser jghinu lil-linja nazzjonali tal-ajru sabiex tkompli tilħaq il-miri tagħha u fl-istess waqt tkompli ttejjeb l-esperjenza tal-ivvjaġġar għal kull passiġġier.