Il-linja tal-ajru Franċiża, Air France, mistennija tagħti s-senja lil 7,500 ħaddiem, dan wara li s-settur turistiku ħa daqqa kbira kawża tal-pandemija tal-Covid-19.
Il-linja tal-ajru meqjusa bħala t-tieni l-akbar fl-Ewropa mistennija twaqqaf 6,500 impjegat minn AirFrance filwaqt li l-kumpanija Hop!, li topera b’mod reġjonali, se twaqqaf il-ħidma ta’ 1,020 ħaddiem.
Fi stqarrija ntqal kif għall-kumpanija, it-triq se tkun waħda kawta kawża ta’ inċertezza li ġab miegħu l-Covid-19.
Dawn is-sensji se jkunu qed isiru tul dawn it-tliet snin.
Ritratt: Getty Images