L-aħwa Degorgio u Vince Muscat il-Koħħu tilfu kawża kostituzzjonali kontra l-Avukat tal-Istat u l-Kummissarju tal-Pulizija, dwar ksur tad-drittijiet tagħhom meta ġew arrestati u meta saru t-tfittxijiet.
Quddiem l-Imħallef Joanne Vella Cushieri huma qalu li lura f’Diċembru 2017, waqt il-ħin tal-arrest fit-tinda tal-patata fil-Marsa, ma ġewx murija l-mandat tal-arrest u lanqas meta saru t-tfittxijiet tal-pulizija fil-propjetajiet tagħhom f’diversi lokalitajiet f’Malta.
L-aħwa Alfred u George Degorgio qed ikunu akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, filwaqt li l-Koħħu ġie kkundannat 15-il sena ħabs wara li ammetta l-involviment tiegħu f’dan l-omiċidju.