L-aħwa Alfred u George Degorgio – li qed jiskontaw sentenza ta’ 40 sena ħabs wara li ammettew li qatlu lil Daphne Caruana Galizia – qed jikkonsidraw li jiftħu proċeduri fil-Qorti għax qed jgħidu li qed isofru minn trattament inuman u diskriminatorju minħabba li ġew miċħuda l-prison leave.
L-avukati tagħhom ippreżentaw protest ġudizzjarju kontra d-Direttur tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi u kontra l-Prison Leave Advisory Board dwar dan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-avukati Leslie Cuschieri u Noel Bianco ffirmaw il-protest ġudizzjarju u saħqu li d-drittijiet fundamentali tal-klijenti tagħhom qed jinkisru għax huma l-uniċi żewġ ħabsin li qed jiġu miċħuda l-prison leave. Ilmentaw ukoll li l-aħwa egiorgio mhux jingħataw raġuni għal dan ir-rifjut.