L-aħwa Degiorgio, George u Alfred Degiorgio qed jitolbu l-maħfra Presidenzjali biex jixhdu fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Rapporti fil-midja qalu li fit-talba tagħhom għall-proklama qed jallegaw li hemm eks Ministru u persuna oħra li kienet intermedjarja fil-qtil ta’ Caruana Galizia.
George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż talab il-proklama għal kull reat li seta’ wettaq jew kien involut u talab ukoll li tingħata l-maħfra, s-sieħba tiegħu, ir-Rumena Anca Adelina Pop.
Il-familja Caruana Galizia rreaġixxiet għal dawn it-talbiet u qalet li dawn il-persuni m’għandhomx jingħataw il-maħfra.