L-aħwa George u Alfred Degiorgio se jerġgħu jitressqu l-Qorti wara rrifjutaw li jixhdu fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra l-allegat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech.
L-aħwa Degiorgio kienu ġew ikkundannati 40 sena ħabs kull wieħed wara li ammettaw is-sehem tagħhom fil-qtil ta’ Caruana Galizia fis-16 t’Ottubru 2017.
Fis-seduta tal-lum, iż-żewġ aħwa kienu msejħa biex jixhdu fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra Yorgen Fenech. Madankollu t-tnejn li huma rrifjutaw li jixhdu, bil-Maġistrat Rachel Montebello tinformahom li huma m’għandhomx dan il-privileġġ.