L-Imħallef Edwina Grima ċaħdet talba tal-aħwa George u Alfred Degiorgio biex ma tinstemax xhieda li nstemgħet mill-Qorti stess wara li huma tpoġġew taħt att ta’ akkuża.
L-Imħallef sostniet li l-Avukat Ġenerali għamel diversi talbiet sabiex jinstemgħu xhieda ġodda wara li ħareġ l-att ta’ akkuża madankollu dawn saru għaliex ix-xhieda ma kinitx lesta biex tiġi esebita meta huma tressqu l-Qorti.
Madankollu saħqet li l-liġi f’ċirkustanzi speċjali tagħti lill-Qorti Kriminali l-poter jordna l-eżebizzjoni ta’ evidenza ġdida fejn tħoss li hija bżonnjuża.
Hawn l-Imħallef sostniet ukoll li l-Qorti għandha tipproteġi l-fatt li l-akkużat jingħata smigħ xieraq.