L-aħwa George u Alfred Degiorgio permezz tal-avukati tagħhom issottomettew applikazzjoni għal appell sabiex jerġa’ jinstema l-ġuri fil-konfront tagħhom.
Dan l-aħħar żvilupp wasal wara ġimgħatejn wara li huma ammettew għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u weħlu erbgħin sena ħabs kull wieħed.
L-applikazzjoni għall-appell kienet iffirmata mill-Avukati Noel Bianco u Leslie Cuschieri.
Fl-argumentazzjoni tagħhom, l-Avukati tal-imputati rrimarkaw mill-ġdid kif l-aħwa ma setgħux isibu avukat biex jipprepara għall-ġuri wara li l-avukat tagħhom William Cuschieri rrinunzja l-każ, lura f’Awwissu li għadda.