Joseph Brignone ta’ wieħed u tletin sena u oħtu Annalise Brignone ta’ erbgħa u tletin sena ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ilhom minn April li għadda jinżammu arrestati.
Joseph Brignonen ġie arrestat fi Triq il-Kottonera f’Bormla b’rabta ma’ pussess ta’ droga kokaina, kannabis, pilloli u armi. Ftit sigħat wara l-pulizija arrestat lil oħtu.
Joseph Brignone kien mixli wkoll bi traffikar ta’ droga, pussess ta’ armi, li kellu oġġetti misruqa u li huwa riċediv.
Iż-żewġt aħwa kienu akkużati wkoll b’ħasil ta’ flus.
Hekk kif kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda, fil-Qorti ħareġ li l-Pulizija kienet ilha diversi ġimgħat tinnota moviment bejn garaxx u ieħor fil-Fgura u Marsaskala, kif ukoll fl-appartament ta’ Annalise Brignone li jinsab f’Bormla.
L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri għamlu talba għall-ħelsien mill-arrest, bil-Maġistrat Neville Camilleri laqa’ din it-talba.