L-aħħar xewqa ta’ ċkejken ta’ seba’ snin li tilef il-battalja kontra l-kanċer kienet li jiġu midfun flimkien ma’ ommu biex tkun tista’ tieħu ħsiebu. Żgur li din mhux xewqa li tifel ta’ dik l-età għandu jkollu, iżda d-destin ma jidħakx lil kulħadd u xi kultant minn età żgħira jkollna niġġieldu battalji li ma nixtiequ li ebda persuna ma tiġġilidhom.
Filip Kwansy tilef lil ommu Agnieska fl-2011 li ukoll kienet saritilha d-djanjożi li għandha kanċer. Iżda kien biss ħames snin wara, propju f’Settembru 2016 li sar magħruf li Filip qed ibagħti minn leukeamia.
Sfortunatament, it-trattament li ngħata ma għamel ebda differenza u kien propju għalhekk li huwa beda jaħseb li se jitlef ħajtu u spjega lil missieru li jixtieq li jindifen biswit ommu. Liema xewqa qanqlet l-appell tal-familjari biex ikunu jistgħu jbidlu din ix-xewqa f’realtà.
Filip miet il-Ġimgħa filgħodu fl-isptar Great Ormond fl-Ingilterra, u l-appell tal-familjari ma waqax fuq widnejn torox hekk kif irnexxilhom jiġbru £41,000, biex b’hekk ikunu jistgħu jħallsu biex dan iċ-ċkejken jingħaqad ma’ ommu għal darb’oħra.
Missier it-tifel, Piotr Kwasny irringrazzja lil pubbliku tal-ġenerożità tiegħu biex jaqta’ l-aħħar xewqa ta’ ibnu.
“Iċ-ċkejken tiegħi issa miet, għal ħajti kollha se ngħix b’vojt kbir f’qalbi; iżda qatt m’hu se ninsih u dejjem se nibqa’ nħobbu,” spjega l-missier.