L-aħħar vittma fl-inċident li seħħ fiż-Żurrieq permezz ta’ double decker nhar id-9 ta’ April 2018 ġie ttrasferit permezz ta’ air ambulance lejn l-Ingilterra.
Dan ġie kkonfermat mis-CEO tal-isptar Mater Dei Ivan Falzon fejn qal li l-persuna ġie ttrasferit fit-taqsima ta’ kura intensiva viċin daru.
Dan seħħ permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa, il-Ministeru tal-affarijiet barranin u l-Awtorità Maltija għat-turiżmu.
F’dan l-inċident tilfu ħajjithom: Belġjan ta’ 62 sena u Spanjola ta’ 37 sena. Intant il-vittmi kollha ħarġu mill-isptar.