Fi stqarrija, il-Kummissjoni Elettorali avżat lil dawk il-persuni li għadhom ma ġabrux id-dokument tal-vot tagħhom li fadal l-aħħar tlett ijiem biex jagħmlu dan personalment mill-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar għall-Maltin jew mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat, Għawdex, għal dawk irreġistrati f’Għawdex.
Dan għandu jsir bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li ġejjin mit-tmienja ta’ filgħodu sas-siegħa ta’ waranofsinhar u mit-tlieta ta’ waranofsinhar sad-disgħa ta’ filgħaxija. Imbagħad il-Ħamis, fl-aħħar jum li fih jista’ jinġabar il-vot, bejn it-tmienja ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ waranofsinhar u mit-tlieta ta’ waranofsinhar sa nofsillejl.
Il-Kummissjoni Elettorali avżat li meta wieħed jiġbor il-vot għadu jippreżenta l-karta tal-identità u l-ebda dokument ieħor ma jiġi aċċettat.
Mingħajr id-dokument tal-vot għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, ħadd ma jista’ jivvota nhar is-Sibt tmienja ta’ Ġunju.