L-ajruplan tal-Air Malta tat-tip Airbus A319, 9H-AEJ huwa skedat li jagħmel l-aħħar titjira kummerċjali tiegħu għall-lnja tal-ajru Nazzjonali. Dan l-ajruplan aktar tar illejla mistenni jagħmel it-titjira minn u lejn l-ajruport ta’ Leipzig il-Ġermanja.
Dan qalu s-sit Horizon fejn spjegaw kif dan l-ajruplan se jkun qed jimmarka t-tmiem ta’ perjodu ta’ 15-il sena ta’ titjiriet għall-Airmalta. L-ewwel ajruplani ta’ dan it-tip kienu inkrew fl-2001 mill-linja tal-ajru Lufthansa sakemm eventwalment fl-2004 kienu inġiebu 11-il ajruplan second hand li kienu joperaw fil-gżejjer Faroe u fil-Kanada.
Il-pjanijiet tal-Air Malta huma li fis-snin li ġejjin jibdlu l-flotta kollha tagħhom għal ajruplani tat-tip Airbus A320 Neo li apparti li huma ġodda fjamanti u huma aktar komdi, jeħlu inqas fuel u jniġġsu anqas l-ambjent li jtiru minnu.
Ritratt: Joseph Ebejer