Il-funeral ta’ Julian Spiteri, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li tilef ħajtu nhar il-Ħadd li għadda f’inċident tat-traffiku fil-limiti tal-Imdina, se jsir nhar is-Sibt li ġej.
Il-funeral se jsir fid-disgħa ta’ filgħodu fil-kappella tal-Università u minħabba miżuri marbuta mal-imxija, numru limitat ta’ persuni jistgħu jattendu.
Għalhekk ħbieb u nies li kienu jafu liż-żagħżugħ u li ma jistgħux jattendu, huma mħeġġa li jsegwu l-quddiesa tal-funeral fuq il-mezzi soċjali hekk din se tixxandar online.
Dawk li se jattendu huma mħeġġa ma jilbsux iswed u flok fjuri jagħtu donazzjoni lid-Dar tal-Providenza.