Il-funeral ta’ Joseph Zammit, il-pumpier u missier ta’ 48 sena li tilef ħajtu l-Ħadd li għadda, se jsir fil-Knisja ta’ San Pietru fil-Ktajjen f’Birżebbuġa fis-sagħtejn ta’ waranofsinhar.
ONE News huwa nfurmat li Zammit se jsirlu funeral tipiku tal-pumpiera, li se jsir għall-ewwel darba f’pajjiżna, fejn it-tebut tiegħu se jkun marbut mat-turntable ladder tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Intant, sorsi viċin ONE News qalu li l-inkjesta li nħatret minħabba l-mewt tiegħu ġiet konkluża, fejn jirriżulta li Zammit, miet b’attakk tal-qalb.