Illum ingħatat l-aħħar tislima lill-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap. fil-Katidral tal-Imdina permezz ta’ quddies praesente cadavere ppreseduta mill-Arċisqof Chalres J. Scicluna.
F’din il-quddiesa, li għaliha attendew numru kbir ta’ nies, ikkonċelebraw : il-Kardinal John Njue, Arċisqof ta’ Nairobi, Mons. Alessandro D’Errico, Nunzju Appostoliku, Mons. Martin Kivuva Musonde, Arċisqof ta’ Mombasa, Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, Mons. Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu ta’ Malta, Mons. Paul Darmanin O.F.M. Cap., Isqof Emeritu ta’ Garissa, Kenja, Mons. Joseph Alessandro O.F.M. Cap., Isqof ta’ Garissa, Kenja, Mons. George Bugeja O.F.M., Isqof tal-Vigarjat Appostoliku ta’ Bengazi, Libja, Mons. Joe Galea Curmi, Vigarju Generali, Fr Effie Mallia, Provincjal tal-Ordni tal-Aħwa Kapuċċini, il-komunità tal-Patrijiet Kapuccini u saċerdoti oħra.