Iċ-ċumnija ewlenija tal-power station tal-Marsa bdiet tiżżarma dalgħodu.
S’sissa erba’ boilers u żewġt iċmieni oħra tneħħew, u b’dan il-pass tal-lum se jkunu tneħħew l-istrutturi maġġuri kollha. Is-sit jinsab f’zona importanti fil-Port il-Kbir u għaddej taħdit dwar kif tista’ tkun riġenerata.
Bil-pass tal-lum, flimkien mal-iżżarmar tal-impjanti f’Marsaxlokk, se tkun ingħatat l-aħħar tislima lill-heavy fuel oil. Pajjiżna issa jgawdi minn ġenerazzjoni tal-elettriku effiċjenti u sigura għas-saħħa u l-ambjent.
#Marsa power station chimney being dismanted pic.twitter.com/CB3cKuIqS5
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) May 15, 2017