Ftit tal-ħin ilu kienu bosta li sellmu lit-trejdunjonista Tony Zarb, fil-binja tal-GWU fil-Belt Valletta, il-binja li fiha għamel numru ta’ snin jaħdem favur il-ħaddiem.
Zarb serva għal 17-il sena bħala Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union. Huwa serva bejn l-1998 u l-2015.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għal ħabta tal-10.00am se jingħata l-aħħar tislima f’quddiesa ġewwa l-Knisja ta’ San Publiju l-Furjana, minn fejn jittieħed biex issir id-difna fiċ-ċimiterju ta’ San Girgor fiż-Żejtun.