Illum saret il‑quddiesa praesente cadavere ta’ Mons. Charles Vella, fundatur tal-Moviment ta’ Kana fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Girgor, Tas-Sliema, u tmexxiet mill-Arcisqof Charles J. Scicluna.
Fl-omelija, l-Arcisqof qal li matul is-saċerdozju tiegħu Mons. Vella ħadem f’diversi oqsma tas-socjetà b’ħarsa fit-tul u profetika, u li dejjem mexxietu l-konvinzjoni li aħna poplu li l-għeruq u l-glorja tiegħu huma li nkunu l-poplu ta’ Alla.
L-Arċisqof saħaq li l-Knisja tibqa’ temmen li l-familja hija l-vera ċentru tas-soċjetà u fejn ma jasalx l-Istat, għax m’għandux fondi biex jissapportja l-Moviment ta’ Kana, tidħol l-Knisja biex issostni din ir-realtà li mhijiex biss ħolma imma programm. Mons. Scicluna qal li l-impenn tal-Knisja mal-koppji u l-familji hu li tkompli dak li beda Dun Charles Vella.