L-aħħar tislima lill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici se jsir nhar it-Tnejn li ġej fis-2:30pm, fil-Knisja tal-Immakulata Kunċizzjoni, il-Ħamrun.
Fi stqarrija mill-Gvern intqal li b’sinjal lejn il-ħidma li wettaq tul is-snin fosthom bħala Prim Ministru, il-Prim Ministru Robert Abela offra li jkun organizzat funeral statali lil Karmenu Mifsud Bonnici.
Intqal li l-familja ta’ Dr Mifsud Bonnici apprezzat dan il-ġest, il-familja infurmat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru li Dr Mifsud Bonnici kien esprima x-xewqa permezz ta’ ittra dikjaratorja li ma jsirlux dan it-tip ta’ funeral wara mewtu.
Fl-istqarrija ntqal li l-Prim Ministru Robert Abela jirrispetta din ix-xewqa.
Intqal li l-Gvern se jibqa’ jikkomunika mal-familja Mifsud Bonnici u jgħin fl-organizzazzjoni ta’ funeral skont ix-xewqat tal-eks Prim Ministru.