Illum waranofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lid-Deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi fir-Rotunda Arċipritali ta’ San Ġwann il-Battista tax-Xewkija. Azzopardi miet nhar is-Sibt li għadda fl-età ta’ wieħed u sebgħin sena.
Huwa serva ta’ Deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista f’numru ta’ leġiżlaturi u dan l-aħħar ukoll bħala Deputat Whip tal-Grupp Parlamentari.
Kienu bosta li sellmu l-memorja t’Azzopardi u għall-funeral attendew l-ogħla awtoritajiet fosthom il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.
Kien hemm ukoll mart il-President ta’ Malta, is-Sinjura Vella.