Fuq il-Fosos tal-Furjana għaddejjin l-aħħar tħejjijiet biex, is-Sibt filgħaxija, jittella’ l-kunċert mużikali bl-isem ‘Una Notte Con Le Stelle’, bis-sehem ta’ bosta kantanti famużi Taljani, fosthom Al Bano u r-Ricchi e Poveri, li huma wkoll maħbubin f’pajjiżna.
ONE News żar l-aħħar xogħlijiet li għaddejjin għal dan il-kunċert, li mistenni jara eluf ta’ ammiraturi.
Hawn iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Gavin Gulia, saħaq kemm hu ta’ unur li pajjiżna jospita lil dawn il-kantanti leġġendarji Taljani u qal li, jekk it-temp jippermetti, il-pubbliku jista’ jistenna spettaklu mużikali mill-isbaħ.
Ħadna l-opportunità biex nitkellmu mal-preżentatriċi, kantanta u personalità magħrufa Lorella Cuccarini, li se tkun qed tippreżenta wkoll din is-serata, flimkien ma’ Keith Demicoli.
Cuccarini qaltilna li hi ħerqana ħafna li se tkun qed tieħu sehem f’dan l-ispettaklu u li ilha x-xewqa tagħha għal dawn l-aħħar 40 sena li tiġi hawn biex tieħu sehem f’avveniment bħal dan.
“Guarda, io non vedo I’ora, è la mia prima volta qui a Malta su un palco d’avanti a un pubblico cosi immenso, che mi a sempre dato tanto amore. Qui non vedo I’ora di ricambiare questo amore fra l’altro sa che domani, questo teatro sarà pienissimo ma che forse ancora qualche posto in piedi. E uno spettacolo da non perdere perché ci sono degli artisti che hanno fatto grande non solo il nome dell’Italia, ma che sono veramente stati grandissimi in tutto il mondo, non solo li ascolteremo cantare ma li premieremo perché e giusto dar loro grande riconoscimento per una carriera che è stata veramente indimenticabile. E che dire, vi aspettiamo, ci sono ance le stelle, il tempo pari e bellissimo, quindi non vedo l’ora. Vi aspetto!”.