Fl-MFCC f’Ta’ Qali għaddejjin l-aħħar preparamenti sabiex tittella’ edizzjoni oħra ta’ Rockestra.
Din l-edizzjoni se ssir nhar il-Ġimgħa u s-Sibt li ġej u se tkun waħda differenti, hekk kif in-nies kollha li se jattendu se jkunu bilqiegħda.
Żar dawn il-preparamenti, il-President ta’ Malta George Vella.
Spjega, “Deher mill-ewwel li se jkun hemm konkorenza għax għall-ewwel konna se nagħmlu ġurnata waħda u ftaħna t-tieni ġurnata wkoll. Bħal ma qed taraw ġet hawnhekk biex nara l-affarijiet li qegħdin isiru, hawnhekk l-orkestra qed tagħmel il-preparamenti tagħha.”
Id-Direttur Artistiku ta’ dan l-avveniment u l-Kap Eżekuttiv tal-Orkestra Nazzjonali qalu kif it-tema ta’ din is-sena hija ‘Times like these’ u se tindaqq ferm iżjed mużika mis-soltu.
Qal, “L-ewwel qed naderixxu mal-protokolli tal-awtoritajiet tas-saħħa. Minħabba li n-nies se jkunu bilqegħda, allura addattajna għal mużika li tambjenta ruħha ħafna tiżżewweġ l-atmosfera li jkun hawn.”
Sigmund Mifsud qal, “U għalhekk minħabba din ir-raġuni ħsibna f’repertorju naqra partikolari. Ovvjament dejjem hemm xi sorpriżi u ma niżvelawx dak kollu li se nkunu qed nagħmlu. Però nistgħu nassiguraw li ħa noħolqu Rockestra speċjali, speċjalment anke f’dan iż-żmien ta’ Diċembru tal-Milied.”
Il-flus minn dan l-avveniment imorru għall-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.