Kumpanija Maltija tas-sigurtà iffirmat ftehim ma’ żviluppatur internazzjonali biex iġġib lejn pajjiżna l-aħħar tekonoġija fid-dinja ta’ drones.
Is-sħubija se tippermetti lill-kumpanija Maltija toffri teknoloġija avvanzata ħafna u soluzzjonijiet ġodda fejn tidħol sigurtà f’pajjiżna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Apco Ltd u Stromkind qed jimmiraw li jintroduċu fis-suq Malti sistema ta’ drones aġġornati b’immaġini eċċellenti u abilitajiet sensorjali avvanzati.
Bil-kwartieri ġenerali tagħhom fl-Awstrija, Stromkind għandha aktar minn 25 sena esperjenza fil-qasam tad-drones li jintużaw fuq l-art, fl-ajru u fil-baħar.
Waqt l-iffirmar tal-ftehim, intqal li t-teknoloġija tad-drones hija essenzjali għas-suċċess attwali u futuri f’diversi industriji.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/01/11151613/Apco-Ltd-partners-with-Stromkind-1024x766.jpg)
Clayton Meli (lemin) u Chris Fenech, Chief Financial Officer ta’
Harvest Technology plc, il-kumpanija prinċipali li taħtha taqa’ Apco Ltd.