Fi Brussell, il-Mexxejja tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea bdew jiltaqgħu għall-aħħar summit taħt il-presidenza maltija tal-kunsill tal-Unjoni Ewropea.Summit li għalih qed jattendi l-Prim Ministru Joseph Muscat.
L-immigrazzjoni hija fost it-temi li qed jiġu diskussi waqt dan is-summit. Bil-Prim Ministru mistenni jagħti rendikont lill-mexxeja ewropej dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Malta Declaration.
Dikjarazzjoni li ġiet maqbula mill-istati membri f’summit f’pajjizna fi Frar illi għaddha. Fi kliem il-Prim Ministru diġa bdiet tħalli l-effett mixtieq.
L-immigrazzjoni kienet ukoll il-qofol ta’ laqgħa bilaterali bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Prim Ministru Libjan fejn iddiskutew ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.
Apparti l-Immigrazzjoni, Brexit ukoll se jkun fuq l-aġenda ta’ dan is-summit. Dan fid-dawl li nhar it-Tnejn li għaddha fetħu formalment in-negozjati biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru Malti qal li f’kull diskussjoni li se ssir se nzommu l-interess taċ-ċittadini ewropej.
Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar kliem ta’ ottimizmu tal-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk.
Il-Prim Ministru qal “li l-indikaturi ekonomiċi qed jitjiebu, sitwazzjoni fejn ħafna pajjżi qed jieħdu d-deċiżjoni tagħhom. Fosthom ħadet deċiżjoni Franza u issa jmiss il-Ġermanja. Pajjiżi bħal Spanja qed jonqos il-qgħad; dawn huma affarijiet li jagħtu sens ta’ ottimiżmu.”