Minn nhar is-Sibt se jerġgħu jorħsu t-tariffi tar-roaming qabel fi ftit ġimgħat oħra jkunu qed jispiċċaw għal kollox.
B’hekk f’perjodu fejn ħafna jibdew ifittxu xi btala se jagħmlu jistgħu jserrħu moħħhom li messaġġ jew ftit Facebook minn barra l-pajjiż mhux se jfisser kont m’għola s-smewwiet.
Min juża l-mobile se jkun qed iħallas ħames ċenteżmi biss iktar fuq ir-rata normali, u messaġġ se jiswa żewġ ċenteżmi. Kulll megabytne ta’ data se tiswa wkoll ħames ċenteżmi.
Din se tkun parti oħra mit-tranżizzjoni li qed twassal sa nofs Ġunju elfejn u sbatax. meta l-Ewropej jibdew iħallsu rati daqs li kieku qegħdin f’pajjiżhom.
Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Andrus Ansip, qal “din mhix biss dwar Ewropej jiffrankaw il-flus imam huwa pass ieħor fejn qed ineħħu l-barrieri tas-suq ewlieni diġitali.”
Biex wasalna sa hawn kien hem snin ta’ negozjati u diskussjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea bl-ewwel azzjonijiet imorru lura għall-elfejn u sebgħa.
Tul is-snin imbagħad segwew negozjati bejn il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill sakemm is-sena li għaddiet intlaħaq qbil aħħari li se jar s-sajf tas-sena d-dieħla l-ewwel wieħed ħieles mit-tariffi tar-roaming.