Skont sorsi tal-Gvern Ingliż, il-biċċa l-kbira tal-miżuri li jikkontrollaw l-imxija fir-Renju Unit u li kienu se jkunu rilaxxati fil-21 ta’ Ġunju ġew posposti b’erba’ ġimgħat.
Il-Ministri fir-Renju Unit iffirmaw id-deċiżjoni li tgħid illi r-restrizzjonijiet kollha fuq il-kuntatt soċjali għandhom jiġu rilaxxati aktar tard mid-data oriġinali.
Intant il-Prim Ministru Ingliż se jkun qed jagħti aktar dettalji dwar il-posponiment waqt konferenza tal-aħbarijiet li għandha ssir aktar tard matul il-jum.
Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li numru ta’ xjentisti talbu għal aktar żmien biex jiġu rilaxxati l-miżuri kollha; dan sabiex jitlaqqmu aktar nies bit-tieni doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19 hekk kif fir-Renju Unit qed jiżdiedu l-każijiet ta’ infezzjonijiet tal-varjant Delta.