L-aħħar quddiesa f’Għawdex għall-presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preca saret fil-Fondazzjoni Arki li tinsab f’Għajnsielem.
Għal din il-konċelebrazzjoni, immexxija mill-Isqof t’Għawdex Mario Grech, attendiet il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, flimkien ma’ diversi Membri Parlamentari miż-żewġ naħħat tal-kamra.
Preżenti għal din il-quddiesa kien hemm ukoll ir-residenti kollha ta’ din Fondazzjoni, b’uħud minnhom iqisu lill-president bħala t-tieni omm, dan għaliex kull meta żżur din id-dar tispikka l-imħabba bejn ir-residenti u l-president.
Ikkonċlebraw ukoll f’din il-quddiesa l-Fundatur ta’ Dar Arka, Dun Mawel Curmi u l-assistent direttur, Dun Michael Galea.